129 għalliem jgħallmu f’aktar minn skola waħda

Fl-iskejjel tal-Gvern hemm 129 għalliem li jgħallmu f'aktar minn skola waħda. L-għalliema jgħallmu snin u suġġetti varji.
Skont statistika ppubblikata fil-Parlament, is-suġġetti tal-Etika, il-Mużika u l-Home Economics huma l-aktar suġġetti mgħallma minn għalliema shared, filwaqt li l-iskola Medja u l-iskola sekondarja tal-Ħandaq għandhom l-iktar għalliem a shared bejniethom minħabba li qiegħdin fl-istess kumpless.
Din l-informazzjoni ġiet ippubblikata fil-Parlament mill-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo għall-mistoqsija tad-Deputat Therese Comodini Cachia.
"In-nuqqas ta' għalliema jvarja kontinwament" – Il-Ministru Bartolo
Għal mistoqsija parlamentari oħra mid-deputat Nazzjonalista, il-Ministru Bartolo qal li hemm 19-il għalliem full-time u erba’ part-time li huma nieqsa. Spjega li dan huwa process kontinwu u l-figura ta’ nuqqas ta’ għalliema tvarja kontinwament. 
Semma’ n-nuqqas ta’ għalliema li jgħallmu lezzjonijiet ta’ suġġetti partikulari fil-primarja fosthom tal-mużika u tal-PSCD, nuqqas ta’ tliet għalliema tal-ICT fiċ-ċentru tar-riżorsi u żewġ għalliema tax-xjenza u l-Għarbi fi skejjel sekondarji.
Ritratt: Arkivji