In-nuqqas ta’ fjuwil fil-Messiku jinkwieta lill-industriji

In-nuqqas ta’ petrol fil-Messiku ġie kkawżat minn serq bla rażan tal-istess riżors. Mexxejja prominenti tan-negozju wissew li industriji bħalma huma dawk tal-manifattura tal-karozzi se jbatu jekk  dawn in-nuqqasijiet se jibqgħu jippersistu.

Gruppi kriminali ilhom jutilizzaw pipelines u jisirqu trakkijiet mgħobbija bid-diżil u l-petrol għal bosta snin, u jerġgħu jbigħuh b’mod illeċitu, ħafna drabi b’impunità apparenti.

Il-Gvern Messikan għalaq il-pipeline kif ukoll ir-raffineriji biex jippreveni milli jkun hemm aktar serq. Iżda kawża ta’ dan qed tinħoloq konġestjoni kbira fil-petrol stations f’diversi stati.