In-nuqqas ta’ bdoti mhux il-fjuri tort tad-dewmien fuq titjira – ALPA

Malta International Airport plc

Read in English.

In-nuqqas ta’ bdoti wassal biex it-titjira ta’ Palermo spiċċat ittardjat b’17-il siegħa. Dan ħareġ minn investigazzjoni interna li saret mill-Assoċjazzjoni tal-Bdoti (ALPA).

L-istqarrija tal-ALPA inħarġet wara li ġie rrappurtat li titjira minn Palermo ttardjat minħabba li “bdot mar jixtri l-fjuri”.

Fi spjegazzjoni ddettaljata, l-ALPA sostniet li dan ma kienx minnu. Żiedet tgħid li hi tal-mistħija li l-kumpanija qed tuża tatiċi kontra l-bdoti tagħha stess b’dikjarazzjonijiet “frivoli”. B’ALPA tgħid li dawn id-dikjarazzjonijiet mhux se jwaqfuhom milli jkomplu bil-ħidma tagħhom filwaqt li jassiguraw is-sigurtà lill-passiġġieri tagħhom.

L-ALPA spjegat li fid-9 ta’ Settembru l-kaptan li kien skedat f’Palermo ġie trasferrit biex jopera t-titjira minn Katanja wara li l-bdot li kien skedat f’Katanja ma kellux il-mistrieħ minimum legali kif inhu stipulat fil-liġi.

Dan ġara minħabba dewmien fit-titjira li dan il-bdot opera qabel. L-Air Malta ma kellhix biżżejjed bdoti fuq standby dakinhar biex topera t-titjira ta’ Palermo.

L-Air Malta ddeċidiet li topera t-titjira ta’ Palermo bl-ekwipaġġ li kien qed jopera t-titjira ta’ Amsterdam. F’Amsterdam l-ajruplan ma tnaddafx fil-ħin b’dawk li joperaw is-servizzi tat-tindif waslu madwar 30 minuta tard.

L-ALPA semmiet kif l-Air Malta bħalissa tinsab għaddejja bi proċess biex jiġu ingaġġati bdoti ġodda. Saħqu li n-nuqqasijiet minn naħa tal-management qed ibatuh il-klijenti.