In-Nunzju Appostoliku għal Malta mistenni jinħatar f’nofs April li ġej

In-Nunzju Appostoliku għal Malta mistenni jinħatar f’nofs April li ġej. Dan sar magħruf waqt l-ewwel laqgħa uffiċjali li l-Ministru tal-Affarijiet Barranin George Vella kellu maċ-Charge d’Affairs tal-Ambaxxata tas-Santa Sede f’Malta Mons. Filippo Colnago.

Fil-laqgħa kienu diskussi r-relazzjonijiet diġà tajbin bejn iż-żewġ naħat u kif dawn ir-relazzjonijiet jistgħu jissaħħu.

Intant, il-Gvern Malti kien mistieden mis-Santa Sede għaċ-ċerimonja tal-pussess tal-Papa Franġisku bħala Isqof ta’ Ruma, liema ċerimonja se ssir fid-19 ta’ Marzu.

Ritratti: DOI – Pierre Sammut