In-numru ta’ klijenti ta’ Melita Mobile issa qabeż 150,000

Ritratt: In-netwerk ta’ Melita mibnija bit-teknoloġija ta’ Ericsson li hu lest għal 5G wassal għal titjib fl-affidabilità tas-servizz u kompla jgħin biex jikber in-nurmu ta’ klijenti

Read in English.

In-numru ta’ klijenti bil-mobile abbonat mal-Melita kompla jikber fl-2020 u issa jammonta għal aktar minn 150,000. Fil-fatt, matul l-ewwel kwart ta’ din is-sena, il-kumpanija rebħet nofs it-tkabbir kollu tas-suq fil-qasam ta’ postpaid u kienet l-unika operatur li rreġistrat tkabbir fil-qasam ta’ prepaid. B’riżultat t’hekk, is-sehem tas-suq ta’ Melita fil-qasam tal-mowbajl żdied minn 21 fil-mija fl-2019 għal 24 fil-mija.

Skont l-aħħar rapport tas-suq maħruġ mill-Awtorità Maltija għall-Komunikazzjoni ċ-ċifri jikkonfermaw li Melita kompliet tibni fuq in-numru pożittiv tal-konsumaturi u x-xejriet fl-ishma tas-suq li kienu stabbiliti fl-2017 u li ħadu spinta ‘l quddiem fl-2018 bit-tnedija tan-netwerk tal-mowbajl Ericsson li hu lest għal 5G. Riċerka indipendenti oħra, ikkummissjonata minn Melita, turi wkoll li r-rati ta’ sodisfazzjon tal-klijenti ta’ Melita Mobile komplew ukoll jitjiebu b’mod partikolari fir-rigward tal-affidabbiltà tas-servizz.

Harald Roesch, Kap Eżekuttiv ta’ Melita Limited, qal, “Melita issa għandha l-iktar netwerk tal-mowbajl avvanzat f’Malta mibnija esklussivament bit-teknoloġija ta’ Ericsson, waħda mill-awqa kumpaniji Ewropej fil-qasam tat-teknoloġija. Dan l-investiment sinifikanti jissarraf b’mod ċar fil-kapaċità tagħna li nipprovdu servizz eċċellenti u affidabbli. Fl-istess ħin, bqajna wkoll ninvestu fl-appoġġ lill-konsumaturi tagħna u noffru valur addizzjonali, partikolarment permezz tal-pakketti innovattivi tagħna Endless mobile plans li jagħtu lill-klijenti tagħna mowbajl data bla limitu minn €25 biss fix-xahar. L-affidabilità, l-appoġġ lill-klijenti, u l-valur miżjud qed jingħaqdu flimkien biex in-numri tal-klijenti tagħna u s-sehem tagħna tas-suq ikomplu jikbru filwaqt li n-numri ta’ klijenti sodisfatti qed ikompli jikber. Determinati li nkomplu nibnu fuq dan is-suċċess billi nibqgħu impenjati lejn titjib kontinwu fl-oqsma kollha tan-negozju tagħna. “

Għal aktar tagħrif dwar il-prodotti ta’ Melita, wieħed jista’ jżur is-sit www.melita.com

Dan it-tagħrif twassal minn Melita plc.