Jirdoppjaw iċ-child care centres mill-2010

In-numru ta’ child care centres irdoppja bejn l-2010 u l-2017.
Dan joħroġ minn informazzjoni mogħtija mill-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo fi tweġiba għall-mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Chris Said.
Bartolo qal li fl-2010 kien hemm 52 child care centre liċenzjat. Iċ-ċifra fil-preżent hi ta' 106.