In-numri tal-COVID-19 f’Malta mhumiex neżlin – MAM

Read in English.

Il-President tal-Unjon tat-Tobba (MAM) Martin Balzan qal li n-numri ta’ każijiet ta’ coronavirus mhux neżlin u Malta tibqa’ tielet l-ogħla pajjiż fl-Unjoni Ewropea.

Meta kien qed jitkellem fil-programm Newsbook Hour fuq 103FM, Dr Balzan qal li l-miżuri meħuda kellhom l-effett li jrażżnu l-imxija tal-virus iżda jibdew neżlin in-numri hemm bżonn sett ta’ miżuri oħra.


Balzan qal li l-Covid-19 f’pajjiżna qed joqtol lis-settur tat-Turiżmu u l-Ekonomija għaliex is-serviżżi mediċi f’xi mod qed ikampaw man-numru ta’ każijiet tal-virus.


Huwa qal li skont il-kejl impost mill-Unjoni Ewropea, in-numru ta’ każijiet mhux neżlin f’Malta meta l-UE tieħu l-medja ta’ każijiet fuq 14 -il ġurnata u għalhekk il-medja f’Malta tibqa’ ta’ 46.2 bi Franza biss fl-aħħar ġimgħat tara numru ta’ każijiet iktar mill-medja Maltija.


Balzan stqarr li filwaqt li r-responsabbiltà aħħarija hija f’idejn is-Supretendenza tas-Saħħa Pubblika, l-MAM taħseb li biex jonqsu l-każijiet f’Malta, il-Gvern irid jimponi fuq kull passiġier ċertifikazzjoni li ġie ttestjat kontra l-Covid-19 fis-sigħat ta’ qabel ma jasal Malta.