In-Norveġja tagħti l-flus lil immigranti rimpatrijati b’mod volontarju

In-Norveġja ħarġet b’forma ta’ lotterija biex tfittex li tnaqqas l-immigranti irregolari fil-pajjiż.
Qed toffri 10,000 korona, jew ftit iktar minn €1,000, lill-ewwel 500 persuna li b’mod volontarju jaċċettaw li jiġu rimpatrijati.
Dawn il-flus jiżdiedu mal-20,000 korona li jingħatawlhom bi dritt.
Skont il-Ministru tal-Integrazzjoni, jiswa ħafna iktar lin-Norveġja li żżomm lill-immigranti fiċ-ċentri ta’ lqugħ milli li tgħinhom finanzjarjament biex imorru lura.