In-Norveġja ssir id-disa’ pajjiż li se jieħu l-immigranti ta’ Lifeline

Ian Noel Pace

Read in English.

In-Norveġja se tkun qed tieħu uħud mill-immigranti li waslu lbieraħ abbord il-bastiment Lifeline.

Fi stqarrija, il-Gvern ħabbar li n-Norveġja se tingħaqad mat-tmien pajjiżi l-oħra li lbieraħ qablu li jassumu responsabibiltà biex jgħinu fil-kriżi umanitarja u b’hekk jieħdu l-immigranti abbord Lifeline wara inizjattiva ad hoc immexxija mill-Prim Ministru Malti Joseph Muscat.

Il-Gvern qal li l-immigranti qed jinżammu fiċ-Ċentru tal-Marsa biex minn hemm issir id-distribuzzjoni tagħhom mad-disa’ pajjiżi li huma l-Belġju, Franza, l-Irlanda, l-Italja, il-Lussembrugu, Malta, in-Netherlands, il-Portugall u n-Norveġja.

Il-Gvern qal li qed iżomm il-bastiment MV Lifeline minħabba li għaddejjin l-invesitgazzjonijiet dwar x’wassal biex il-kaptan jinjora l-ordnijiet tal-awtoritajiet Taljani li kienu qed jagħmlu dan fl-ambitu tar-regoli internazzjoali.

Fuq Twitter, Dr Muscat irringrazzja lill-Prim Ministru tan-Norveġja talli offra li jiffroma parti minn din is-soluzzjoni Ewropea.