In-NM tiċħad żjara ta’ Ban Ki-moon fil-Korea ta’ Fuq

In-Nazzjonijiet Magħquda ċaħdet rapporti li s-Segretarju Ġenerali tagħha, Ban Ki-moon, se jżur il-Korea ta’ Fuq.
Dan wara li diversi midja Ċiniżi u oħrajn Ażjatiċi ħarġu bl-aħbar fejn ikkwotaw sorsi mill-Korea ta’ Fuq.
L-aħbar malajr infirxet madwar id-dinja, anke minħabba l-importanza ta’ dak li tfisser.
Żjara ta’ Ban Ki-moon fil-Korea ta’ Fuq f’Mejju li għadda spiċċat tħassret fil-jum ta’ qabel ma kellu jasal fil-pajjiż.
In-Nazzjonijiet Magħquda qalet li Ban, li hu mill-Korea t’Isfel, il-ġimgħa d-dieħla se jkun fi New York, imbagħad f’Malta qabel is-summit tal-bidla fil-klima f’Pariġi.