In-NM tħejji tweġbiet għat-testijiet nukleari tal-Korea ta’ Fuq

Il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Magħquda qed jipprepara tweġiba lill-Korea ta’ Fuq wara li lbieraħ ittestjat, bla suċċess, żewġ missili li kapaċi jkopru medda medja.
Testijiet oħra, li wkoll fallew, seħħew iktar kmieni dan ix-xahar.
Minkejja l-falliment tagħhom, in-Nazzjonijiet Magħquda qed tqis dawn it-testijiet bħala ta’ tħassib kbir u li jiksru sanzjonijiet internazzjonali.
Jidher li l-Korea ta’ Fuq qed tippjana iktar testijiet nukleari. 
Iktar kmieni llu, il-Korea ta' Fuq kienet ukoll fl-aħbarijiet wara li bagħtet il-ħabs lil ċittadin Amerikan fuq akkużi ta' spjunaġġ.