In-NM tappella biex dawk li jeħtieġu kura urġenti f’Madaja jitħallew joħorġu

F’Madaja fis-Sirja, wara li daħlet l-ewwel għajnuna t’emerġenza, in-Nazzjonijiet Magħquda qed tappella biex madwar 400 resident ta’ din il-belt żgħira fil-muntanji, jitħallew joħorġu biex jingħataw kura medika urġenti.
Il-fatt li Madaja sfat taħt assedju u ġiet ikkontrollata mir-ribelli wasslet għal sitwazzjoni ta’ emerġenza, b’nies li qed imutu minħabba l-ġuħ.
Qabel nhar it-Tnejn, l-aħħar darba li n-Nazzjonijiet Magħquda setgħet twassal l-ikel, kien f’Ottubru.
L-aħħar rapporti mis-Sirja juru li l-vittmi għadhom jiżdiedu.
L-aħħar attakki Russi f’Aleppo, fuq skola, ħallew disat itfal mejta u tlett itfal oħra mietu f’attakki separati.