In-Nisrani fis-soċjetà fost il-korsijiet li se jibdew f’Ottubru

11-il kors qed jiġu offruti mill-Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali li jinkludu korsijiet dwar l-istorja tal-Knisja f’Malta, l-għeruq tal-fidi Nisranija fil-Ġudaiżmu, il-Missirijiet tal-Knisja, l-ispiritwalità u l-irwol tan-Nisrani fis-soċjetà fost oħrajn. Is-sena akkademika tibda f’Ottubru 2018.

L-Istitut twaqqaf fl-2007 bl-iskop li joffri formazzjoni għall-ħtiġijiet reali tas-soċjetà kontemporanja. Skont stqarrija mill-Kurja, il-korsijiet huma akkredidati mill-Malta Qualifications Council u jwasslu għal General Education jew Higher Education Award.

Il-korsijiet offruti huma dawn:

  • L-Esperjenza Umana ta’ Alla fit-Talb/The Human Experience of God in Prayer (NQF livell 4)
  • L-Ispiritwalità Franġiskana/Module in Franciscan Spirituality II (NQF livell 5)
  • L-Ispiritwalità u l-Ġustizzja/Module in Spirituality and Justice (NQF livell 5)
  • Alla u l-Politika/Module in God and Politics (NQF livell 5)
  • Missirijiet tal-Knisja/Lectio Patrum II (NQF livell 5)
  • Niskopru l-Fidi Nisranija/Discovering the Christian Faith (NQF livell 4)
  • L-Adolexxenti u l-Ministeru Pastorali taż-Żgħażagħ/Adolescent and Youth Ministry (NQF livell 5)
  • Il-Ministeru Pastorali tal-Familja/Family Ministry (NQF livell 5)
  • L-Istorja tal-Knisja f’Malta/History of the Church in Malta (NQF livell 5)
  • L-Għeruq tal-Fidi Nisranija fil-Ġudaiżmu /Jewish Roots in Christianity (NQF livell 5)
  • Id-Dimensjoni Spiritwali fil-Kura tas-Saħħa/The Spiritual Dimension in Health Care (NQF livell 6)

Il-prospectus għas-sena akkademika 2018–2019 jista’ jitniżżel minn hawn. Jekk tixtieq aktar informazzjoni tista’ tibgħat imejl fuq pfimalta@gmail.com.