​In-nisa tqal u dawk bit-trabi għal Ta’ Sannat

In-nisa li qed jistennew tarbija u oħrajn li diġà għandhom tarbija fi ħdanhom, huma mistiedna jmorru Ta’ Sannat.
Dan hekk kif, fl-okkażjoni tal-festa ta’ Santa Margerita, patruna tan-nisa tqal, se ssir talba ta’ barka fuqhom kif ukoll preżentazzjoni tat-trabi li twieldu din is-sena.
Iċ-ċelebrazzjoni se ssir fil-Knisja Parrokkjali ta’ Santa Margerita f’Ta’ Sannat, is-Sibt 22 ta’ Lulju fl-10.30am.
L-istedina hija miftuħa wkoll għall-Maltin li jkunu Għawdex.