In-nisa Torok jidħku biex jisfidaw lill-Viċi PM

Nisa Torok ippublikaw ritratti tagħhom jidħku, bi sfida għall-kumment tal-Viċi Prim Ministru li ħeġġiġhom ma jidħkux fil-pubbliku biex ‘jipproteġu l-valuri morali’.
Ġurnalista Torka,  Ece Temelkuran, li għandha iktar minn miljun segwaċi fuq Twitter, kienet waħda mill-ħafna nisa li ppublikaw ritratti onlajn bi tbissima fuq fommhom.   
Il-Viċi PM, Bulent Arinc qal din il-ġimgħa li mara għandha toqgħod lura, ma tidħakx quddiem kulħadd, u tipproteġi l-unur tagħha.
Membru tal-Oppożizzjoni qalet li b’dan il-kumment, inftiehem li d-daħk hu xi ħaġa tal-mistħija li jesponi n-nisa għall-vjolenza.
Il-Gvern Tork immexxi mill-Prim Ministru Erdogan qed ikun akkużat li qed imexxi b’kontroll kbir u jindaħal fil-ħajja privata tan-nies.