In-nisa Maltin qed jgħixu aktar

Anzjani Maltin
Anzjani Maltin

Minn 2,642 persuna f’Malta li għandhom ‘il fuq minn 89 sena, 1,836 minnhom huma nisa u 806 irġiel.
Dan ħareġ minn statistika tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika fil-Jum Dinji tal-Popolazzjoni.
Skont ir-rapport, is-sena li għaddiet, il-Maltin li għandhom inqas minn 18-il sena kienu jammontaw għal 17.2% tal-popolazzjoni filwaqt li dawk li għandhom aktar minn 65 sena kienu jammontaw għal 19.4%.
B’kollox, is-sena li għaddiet, Malta kellha popolazzjoni ta’ 440,433 persuna, żieda ta’ 1.4% fuq l-2015.
Is-sena li għaddiet, 150 tarbija, jew 3.3% mit-twelid totali, twieldu minn ommijiet li għandhom bejn it-13 u d-19-il sena. 64% twieldu lill-ommijiet li għandhom bejn il-25 u l-34 sena.
Mit-3,342 persuna li mietu matul l-2016, 62.8% minnhom kellhom aktar minn 74 sena.
Is-sena li għaddiet iżżewġu 3,034 persuna. Iż-żwieġ ċivili ammonta għal 53.7%, żieda ta’ kważi 19% fuq l-2015.

Ritratt: Ian Noel Pace