​In-nisa Maltin jirbħu logħba oħra b’14-il gowl

F’logħba li ntlagħbet il-bieraħ bejn Malta u Ġibiltà, it-tim nazzjonali tan-nisa ta’ taħt is-16-il sena rebaħ b’skor impressjonanti ta’ 14 b’xejn.
Dan hu l-ikbar ammont ta’ gowls li qatt kienu skurjati f’kwalunkwe kategorija mit-tim nazzjonali Malti.
Kienet Kailey Willis li skurjat l-ewwel gowl wara biss ħames minuti li bdiet il-logħba u li b’kollox skurjat ħames gowls. Sal-half time, it-tim Malti kien diġà skurja disa’ gowls. L-aħħar gowl kien skurjat minn Maria Michela Cassar fit-73 minuta.
Din kienet it-tieni logħba u t-tieni rebħa għat-tim Malti, hekk kif it-Tnejn li għadda rebħu kontra Andorra, tnejn b’xejn.
Il-gowls ġew skurjati minn Maria Michela Cassar fis-73’, id-49’ u s-47’ minuta, Emma Ciantar fit-68’ u fis-46’;Maia Debono fid-39’ minuta, Kailey Willis fis-37’, fit-33’, fid-29’, fit-18’ u wara 5’ minuti; Maya Lucia fid-29’ minuta, Veronique Mifsud fis-17’ u Maia Debono wara 8’ minuti.
L-aħħar logħba se tintlagħab f’Ta' Qali nhar il-Ġimgħa fl-10.30 ta' filgħodu fejn Malta se tkun qed tikkonfronta lil Liechtenstein.
Il-line-up uffiċjali għal Malta:
Giulia D’Antuono, Valentina Rapa (captain), Rachela Pace, Kaycee Micallef, Maia Melaine Debono, Kailey Willis, Veronique Mifsud, Maya Lucia, Haley Bugeja, Emma Philippa Ciantar, Tammy Agius.
Kowċ: Dorianne Theuma.
Il-line up uffiċjali għal Ġibiltà:
Hannah Williams, Arwen Neale, Lauren Parkes, Gabriella Martinez, Victory Herin, Tiffany Viagas (captain), Markus Renai, Reighann Olivero, Daisy Jackson, Jaylene Gaivizo, Sophie Brinkman.
Kowċ: Steven Cummings
Ilbieraħ ukoll, il-logħba bejn Liechtenstein u Andorra spiċċat 3-4 wara l-penalties.
Dan it-turnew qed ikun organizzat mill-UEFA biex tagħti l-pjattaforma lit-timijiet nazzjonali u b’hekk jikkompetu f’iktar logħbiet internazzjonali.