In-nisa Maltin jirbħu lil dawk ta’ Andorra

It-tim Nazzjonali tal-futbol tan-nisa ta' taħt is-16-il sena dalgħodu rebaħ l-ewwel logħba tiegħu kontra Andorra bl-iskor ta' tnejn b'xejn.
Il-gowls ġew skurjati minn Veronique Mifsud fit-23 u l-34 minuta.  It-tieni logħba minn dan it-turnew se tintlagħab nhar l-Erbgħa fejn it-tim se jkun qed jikkonfronta t-tim nazzjonali ta' Ġibiltà, b'logħba oħra tintlagħab nhar it-2 ta' Frar kontra Liechtenstein.  
It-tim huwa taħt id-direzzjoni tal-kowċ Dorianne Theuma li għażlet 20 persuna biex tilgħab il-logħbiet fil-UEFA Women's U-16 Development Tournament. 
Il-line up uffiċjali taż-żewġ timijiet kien dan:
Malta: Sarah Zarb, Laura Chetcuti Dimech, Jessica Lee Dimech ©, Rachela Pace, Kailey Willis, Veronique Mifsud, Michela Bonello Ghio, Hailey Bugeja, Elena Sissons, Emma Philippa Ciantar, Tammy Agius.
Kowċ: Dorianne Theuma.
Andorra: Elizabeth Orellana Trastoy, Maria Moles Farra, Marta Blasco Sinfreu, Erika Da Cunha Ribiero, Cristina De Sousa Mpdesto, Erica Goncalves Do Canto ©, Laia Sin Frau, Cristina Gonzlaez Lacour, Anna Balastegui Montalvo, Laura Borja Martin, Nuria Navarr Bellsola.
Kowċ: Luis Abraham.
Dawn li ntgħażlu:
Goalkeepers: Giulia D’Antuono, Sarah Zarb (all Mosta).
Defenders: Tammy Agius, Jessica Lee Dimech (all Tarxien Rainbows), Laura Chetcuti Dimech (Sliema Wanderers), Valentina Rapa (Gozo), Haley Bugeja (Mgarr United), Maria Michaela Cassar (Kirkop United).
Midfielders: Michela Bonello Ghio, Maya Lucia (all Raiders), Maia Melaine Debono, Rachela Pace (Mgarr United), Emma Philippa Ciantar (Mosta), Shania Marie Spiteri (Zebbug Rangers), Elena Sissons (Tarxien Rainbows), Kaycee Micallef (Birkirkara).
Forwards: Shakira Bugeja (Kirkop United), Veronique Mifsud (Birkirkara), Kailey Willis (Tarxien Rainbows), Rebecca Laferla (Mgarr United).
Ritratt: MFA Women's Football