In-nisa’ Maltin jirappreżentaw 3.5% tal-membri fuq il-bordijiet tal-kumpaniji pubbliċi

In-nisa’ Maltin jirappreżentaw 3.5% tal-membri fuq il-bordijiet tal-kumpaniji pubbliċi. Il-medja tal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea hija dik ta’ 15.8%. Dawn iċ-ċifri joħorġu minn statistika uffiċjali tal-UE, u kienu fil-qofol ta’ djalogu pubbliku organiżżat mill-Uffiċju tal-Parlament Ewropew f’Malta flimkien mal-Kunsill Nazzjonali tan-Nisa’.

Il-President tal-Kunsill Nazzjonali tan-Nisa’ Mary Gaerty qalet li l-bidla qed iseħħ imma miexja bil-mod. Qalet li n-nisa’ li għandhom esperjenza u kwalifikati li qed jagħmlu l-almu tagħhom biex iservu fuq bord, issa qed jibdew jaqtgħu qalbhom.

Proposta li qed tiġi kkunsidrata mill-Parlament Ewropew tgħid li stati membri tal-UE iridu jwettqu miżuri biex in-nisa’ ikunu jirrapreżentaw 40 fil-mija tal-membri mhux-eżekuttivi tal-bordijiet.