Read in English.
Ħafna jaħsbu li s-soċjetà tagħna għadha ddominata mill-irġiel tant li f’pajjiżna kemm il-femiċidju kif ukoll il-vjolenza domestika għadhom preżenti ħafna. Apparti hekk in-nisa għadhom ‘il bogħod milli jkunu f’pożizzjonijiet ta’ tmexxija kif inhuma l-irġiel.
Prof. Andrew Azzopardi jiddiskuti dan is-suġġett is-Sibt fl-10am fuq l-istazzjon 103 Malta’s Heart waqt il-programm Andrew Azzopardi on 103.
Fost il-mistiedna fil-programm: Dr Lara Dimitrijevic, Pete Farrugia, Audrey Friggieri u Dr Marceline Naudi.
Tieħu sehem ukoll Elaine Compagno li sofriet il-vjolenza domestika iżda rnexxielha tirbaħha.
Is-saħħa mentali u s-suwiċidju
Fit-tieni parti tal-programm Prof. Azzopardi jitkellem mal-psikjatra Dr Anton Grech dwar is-saħħa mentali fi żmien il-Covid-19 u r-rabta ta’ ċerti problemi ta’ saħħa mentali mas-suwiċidju.
Is-Sibt fuq 103 Malta’s Heart fl-10am.