In-nisa f’taqbida – Dr Helena Dalli

Il-Ministru Helena Dalli indirizzat it-tielet konferenza Ministerjali tal-Unjoni fil-Mediterran f’Pariġi, fejn kienet diskussa r-rwol tal-mara fl-istess reġjun.

Dr Dalli tkellmet dwar ix-xogħol li jsir f’din l-Unjoni, u żiedet tgħid li Malta kienet dejjem fuq quddiem fl-għajnuna li tat, kif ukoll fil-ħidma għal aktar ko-operazzjoni bejn il-pajjiżi involuti.

Hi tkellmet dwar il-kunflitti li jitolbu riforma demokratika, liberta’, ġustizzja, rispett u dinjita’ għad-drittijiet umani. Qalet li f’dawn iċ-ċirkustanzi, in-nisa jsibu ruħhom f’taqbida, u li l-ġlieda għad-drittijiet tagħhom hija ferm itqal.