In-nisa dejjem jirnexxielhom iwasslu r-raġel fejn iridu huma?

In-nisa dejjem jirnexxielhom iwasslu r-raġel fejn iridu huma?
Din hi t-tema prinċipali ta’ kummiedja Il-Lukandiera, li hi waħda mill-kummiedji l-aktar magħrufa tad-drammaturgu Taljan Carlo Goldoni.
Miktuba fl-1753, il-kummiedja tittratta fuq kif il-mara jirnexxielha twassal ir-raġel għal fejn trid hi u bil-manjieri tagħha u bil-kliem ħelu, faċli li r-raġel jiddgħajjef u jinġibed lejha.
Għalkemm inkitbet iktar minn 250 sena ilu, Il-Lukandiera xorta fiha elementi li jgħoddu għal-lum.
F’din il-kummiedja wieħed jara lil Mirandolina, li tmexxi lukanda, dejjem imdawwra b’irġiel nobbli, fosthom il-Markiż ta’ Forlipopoli u l-Konti ta’ Albafiorita, li tgħaxxqu warajha u jimlewha b’rigali u tifħir biex jippruvaw jirbħu qalbha.
Goldoni f’din il-kummiedja juri elementi tas-soċjetà li kien jgħix fiha speċjalment il-klassi tan-nobbli kemm dawk li wirtu n-nobbilta’ kif ukoll dawk li xtrawha u kemm dawn jintilfu wara x-xinxilli biex jippruvaw jakkwistaw l-imħabba.
Il-kummiedja se tittella’ fis-Sala ta' San Nikola, f’Ħal Tarxien, nhar is-Sibt 21 ta’ Ottubru fis-7.30pm u l-għada l-Ħadd fis-6pm taħt id-direzzjoni ta’ Anthony Ellul.
Fost l-atturi li se jieħdu sehem hemm Mario Camilleri, Lisa Farrugia, Sandro Vella, Patrick Tanti, Matthew Balzan, Lydia Portelli, Amanda Cachia u Franky Borg.
Wieħed jista’ jixtri l-biljetti billi jagħmel kuntatt fuq 79096060.
Ritratt: 4Teenth Productions