In-nirien fl-Awstralja jistgħu jsiru xi ħaġa normali – xjentisti

Koala stands in the field with bushfire burning in the background, in Kangaroo Island, Australia January 9, 2020 in this still image obtained from social media. PAUL STANTON - PAUL'S PLACE WILDLIFE SANCTUARY/via REUTERS

In-nirien li qed jeqirdu partijiet kbar mill-Awstralja qed juru eżempju ċar ta’ kundizzjonijiet li jistgħu jsiru normali jekk id-dinja tibqa’ miexja b’mod rapida fiż-żieda tal-emmissjonijiet li qed iżidu t-tisħin globali. Dan qed jgħiduh diversi xjentisti.

Minkejja li l-gvern Awstraljan u anke xi wħud mill-media ppruvaw iċekknu l-irwol tal-effett tal-bnedmin fuq it-tibdil fil-klima li wassal biex il-pajjiż jinħakem min-nirien tat-tip b’mod aktar faċli, 57 xjentist, fi studju li analizza t-tibdil fil-klima mill-2013 ‘il quddiem. Dan l-istudju juri stampa differenti u konnessjonijiet ċari.

“Aħna mhux se ndawru t-tibdil fil-klima fuq perjodu ta’ żmien. Il-kundizzjonijiet li d-dinja għaddejja minnhom issa, mhux se jisparixxu,” qalet Richard Betts, il-Kap tar-Riċerka dwar l-Impatt fuq il-Klima fl-Uffiċċju Metereoloġiku tal-Ingilterra, Hadley Centre. Dan qalitu waqt konferenza tal-aħbarijiet f’Londra lbieraħ fejn tkellmet dwar l-istudju.

L-istudju sab li t-tibdil fil-klima kien wassal għaż-żieda fil-frekwenza u s-severità ta’ dak li x-xjentisti jirreferu għalih bħala “fire weather”. Dawn huma perjodi fejn ċertu żoni jkunu f’riskju li jieħdu n-nar minħabba taħlita ta’ temperature sħan, umdità baxxa, nuqqas ta’ xita u rjiħat qawwija.

Dan l-effett ma deherx biss fl-Awstralja iżda anke fl-Istati Uniti, il-Kanada, fin-Nofsinhar tal-Ewropa, f-Iskandinavja, l-Amażonja u s-Siberja.