In-nirien fl-Awstralja jkomplu jkabbru t-traġedja

The sky glows red as bushfires continue to rage in Mallacoota, Victoria, Australia, December 31, 2019, in this photo obtained from social media. Jonty Smith from Melbourne/via REUTERS

Voluntier li qed jgħin fl-operazzjonijiet tat-tifi tan-nar fl-Awstralja miet kawża tad-dħaħen u l-kundizzjonijiet metereoloġiċi li dejjem jiggravaw kkawżati mill-istess nirien li qed jaħkmu r-reġjun ta’ New South Wales. 

Għexieren ta’ eluf nies kellhom jevakwaw iż-żona.

L-ammont ta’ nies mejta issa tela’ għal disgħa u kompliet tiżdied il-pressjoni biex il-belt ta’ Sydney tħassar il-pjanijiet ta’ ċelebrazzjonijiet għall-ewwel tas-sena. 

Sadanittant eluf ta’ turisti u residenti fil-vilaġġ ta’ Malacoota kellhom jitilqu miż-żona minħabba in-nirien, b’uħud isibu refuġju fil-baħar. 

Il-baħar, fil-fatt huwa l-uniku post ta’ sigurtà minħabba li n-nirien qed jostakolaw l-aċċess għat-toroq li jistgħu jiffaċilitaw l-evakwazzjoni.