In-Nikolaos se jieqaf għal xahrejn – Gozo Channel

Read in English.

Il-vapur MV Nikolaos se jieqaf jaħdem għal xahjrejn minħabba s-sitwazzjoni tal-coronavirus.

Fi stqarrija l-kumpanija Gozo Channel qalet li minħabba s-sitwazzjoni kkawżata mill-COVID-19 intlaħaq ftehim bejn il-Gozo Channel u s-sidien tal-MV Nikolaos biex dan il-vapur jieqaf temporanjament għal dawn ix-xahrejn li ġejjin. Id-deċiżjoni se tidħol fis-seħħ mit-Tnejn 27 ta’ April.

Dan ifisser li l-iskeda tal-Gozo Channel se tiġi operata bit-tliet vapuri fil-flotta tagħha.

Fit-3 ta’ April, Newsbook.com.mt irrapporta li mhux eskluż li l-ħaddiema tal-kumpanija Gozo Channel jirrikorru għal azzjonijiet industrijali minħabba li mal-160 impjegat jinsabu fuq forced leave jew inkella qed jaħdmu inqas sigħat. Dan b’kuntrast mal-membri tal-ekwipaġġ Griegi tan-Nikolaos li kien għadhom jaħdmu sigħat normali.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn