In-Nikolaos se jieqaf għal ftit

Read in English.

Il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana ħabbret li l-MV Nikolaos se jieqaf jaħdem b’mod temporanju, sabiex isiru xi modifiki neċessarji fuqu u jsir iktar aċċessibbli.

L-aċċessibilità fil-vapur Nikolaos diskussa fil-Parlament

Fil-Parlament, f’seduta fl-okkażjoni ta’ Jum Għawdex, il-Ministru Caruana spjegat li l-vapur se jkun wieqaf bejn il-11 ta’ Novembru u t-12 ta’ Diċembru.  Fissret li dan sabiex isiru s-side ramps biex il-passiġġieri jkunu jistgħu jgħaddu mit-terminals taċ-Ċirkewwa u l-Imġarr.

Dr Caruana saħqet li dawn il-modifiki se jsiru f’tarzna barra minn Malta, hekk kif ġie innegozjat mis-sidien tal-istess vapur wara li qablu li jsiru dawn il-modifiki a spejjeż tagħhom.

Fakkret li l-MV Nikolaus issieħeb mal-flotta tal-Gozo Channel f’Ġunju li għadda u se jibqa’ jopera sakemm jiġi ffinalizzat il-proċess tat-tender għall-vapur ġdid.

In-Nikolaos se jibqa’ sakemm joħroġ tender ieħor – Caruana

L-MV Nikolaos, li oriġina mill-Greċja u għandu 32 sena, jakkomoda 160 karozza, 650 passiġġier fis-sajf u 350 passiġġier fix-xitwa. Il-vjaġġ tiegħu bejn Malta u Għawdex jieħu 15-il minuta. Wieħed mill-ilmenti ewlenin dwar dan il-vapur hu li mhux aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità, anzjani u ġenituri bil-pushchairs. Dan minħabba li ma fihx lift imma stairlift.

Stair lift minflok lift fuq in-Nikolaos – CRPD