In-Nikolaos se jibqa’ sakemm joħroġ tender ieħor – Caruana

Read in English.

Il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana qalet li l-vapur MV Nikolaos se jibqa’ jaħdem u jagħti servizz sakemm joħroġ tender għar-raba’ vapur u jiġi aġġudikat.

Fi stqarrija, il-Ministeru għal Għawdex qal li skont il-Gozo Channel, 221,099 persuna u 61,328 vettura qasmu l-fliegu matul il-ġimgħa ta’ Santa Marija. Saru madwar 904 vjaġġi mingħajr skeda biex il-kumpanija tlaħħaq mad-domanda.

L-MV Nikolaos li nbena fl-1987 ġie mikri għal perjodu definit sakemm jinħareġ tender internazzjonali biex eventwalment il-kumpanija Gozo Channel tikri vapur għal perjodu itwal ta’ żmien.

Skont Caruana, Għawdex qed isir destinazzjoni turistika għal matul is-sena kollha. Ħabbret li din is-sena l-gżira rat żieda ta’ 5% tal-passiġġiera u 15% fil-vetturi li qasmu l-fliegu meta mqabbel mas-sena l-oħra.

Caruana qalet li “minkejja l-influss qawwi ta’ nies li ġew lejn Għawdex, l-operat tal-Gozo Channel kien regolari ħafna u l-introduzzjoni tar-raba’ vapur ippermetta li jinġarru iktar nies mis-sena l-oħra iżda b’effiċjenza akbar u b’dewmien negliġibbli tant li ma rajniex queues li konna mdorrijin bihom.”

Skeda ġdida tal-vapuri; żieda ta’ 16-il vjaġġ

Il-Ministru Justyne Caruana ikkonfermat li “r-raba’ vapur issa daħal biex jibqa’ u għalhekk sakemm joħroġ it-tender u jiġi aġġudikat, il-vapur MV Nikolaos se jibqa’ jopera u jagħti servizz.”

‘Ekwipaġġ b’manjieri tajba’; ‘esperjenza diżastruża’ – X’qed jgħidu dwar Nikolaos?

Il-vapur wasal Malta f’Ġunju li għadda.

Filmat: Il-wasla tar-raba’ vapur

Il-Kap Eżekuttiv tal-Assoċjazzjoni Għawdxija tat-Turiżmu Joe Muscat qal li bit-titjib fil-konnettività bl-introduzzjoni tar-raba’ vapur, il-viżitaturi kollha waslu Għawdex u marru lura b’inqas stennija u telf ta’ ħin.

Il-Ministru tagħmilha ta’ kaptan tar-raba’ vapur; ġurnalisti l-art