In-nies tal-gżejjer Falkland jridu jibgħu taħt l-Ingliżi

Il-Prim Ministru Ingliż David Cameron qal lill-Gvern Arġentinjan biex jirrispetta d-deċiżjoni tal-gżejjer Falkland. Permezz ta’ referendum, il-poplu għażel li jibqa’ territorju Ingliż.

Il-gżejjer Falkland jifformaw arċipielgu fin-nofsinhar tal-Oċean Atlantiku. 31 sena wara l-gwerra mal-Ingilterra fuq dan it-territorju, l-Arġentina reġgħat bdiet tagħmel pressjoni biex il-poplu jiddeċiedi ma min irid jassoċja ruħu.

L-awtoritajiet Arġentinjani aċċettaw ir-riżultat…u bir-raġun. Mill-1,517 persuna li vvotaw, tlieta biss ma riedux jibqgħu Ingliżi.