“In-nies jistgħu joħolqu atmosfera isbaħ f’Napli” – Carlo Ancelotti

Carlo Ancelotti ammetta li filwaqt li jispera li jagħmel aktar żmien f’Napli, il-belt għandha bżonn naqra aktar spirtu. Huwa għadu kemm għalaq l-ewwel sena mat-tim ta’ Napli fejn irnexxielu jwassalhom sat-tieni post f’sezzjoni A fil-league Taljan, iżda falla milli jgħinhom jirbħu xi tazza.

Waqt li kien qed jiġi intervistat, Ancelotti qal li jagħmel ħafna ħin idur madwar Napli u meta jirritorna lura filgħaxija, l-unika ħaġa li jieħu gost jagħmel hu li jiekol f’xi ristorant jew pizzeria. Hu reġa’ tenna li l-belt tista’ tkun ħafna isbaħ jekk in-nies b’mod ġenerali joħolqu naqra aktar spirtu pjaċevoli.