In-nies jerġgħu jerħulha għas-supermarkets

Aġġornat 08:13 PM
info@newsbook.com.mt

Ritratt li wasal għand Newsbook.com.mt wera kju quddiem supermarket popolari f’Ħal-Safi.

Fi Frar wara li tħabbar l-ewwel każ tal-coronavirus fi Sqallija, il-paniku fost il-Maltin żdied. Dan il-paniku wassal biex l-ixkafef tas-supermarkets żvujtaw, hekk kif ħafna nies qegħdin jagħmlu xirja kbira f’każ li Malta tinħakem mill-coronavirus u jispiċċaw kwarantina.

F’dak iż-żmien il-prodotti li dehru li naqsu l-iżjed mill-ixkafef huma l-ilma, l-għaġin, il-ħobż, il-larinġ, il-pizza, l-insalata, u t-tonn taż-żejt.

Kien hemm ukoll ammont sostanzjali ta’ nies f’supermarket ta’ ditta differenti f’Birkirkara. Xi nies li kienu fil-kju biex iħallsu damu aktar minn 20 minuta jistennew.

Illum il-Gvern ħabbar li l-iskejjel se jgħalqu minn għada għal ġimgħa. Din id-deċiżjoni tħabbret ftit wara li ġie kkonfermat li kien hemm total ta’ disa’ każijiet f’Malta.

It-tixrid tal-Coronavirus fl-Awstralja wassal biex għadd ta’ nies imorru fil-ħwienet tal-pajjiż u jixtru provisti ta’ għadd ta’ affarijiet. Fost dawn kien hemm il-provisti tat-toilet paper. Fil-fatt dan wassal għal skarsezza kira u l-kumpaniji li jipproduċu it-toilet paper kellhom izidu l-produzzjoni tagħhom bier ikunu jistgħu ilaħħqu mad-domanda.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn