In-nies għandhom ikunu jafu għala s-siġar minn Santa Luċija qed jiħawlu Ħad-Dingli – PN

Read in English.

Il-Partit Nazzjonalista fi stqarrija qal li s-siġar li qed jinqalgħu minn Santa Luċija qed jitħawlu f’għalqa privata f’Ħad-Dingli. Id-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi qal li r-residenti għandhom kull dritt ikunu jafu għaliex qed isir dan b’mod temporanju.

Huwa żied li r-residenti għandhom ikunu jafu għala intgħażlet din l-għalqa u x’garanzija se jagħti l-Gvern li dawn is-siġar se jerġgħu jitħawlu jitħawlu f’Santa Luċija.

Il-PN qal li qed jesiġi li l-Gvern ma jkompliex bil-politika tal-ħabi kif qed jagħmel f’dan il-proġett li fisser il-qerda ta’ kważi 500 siġra. Azzopardi temm li l-Gvern għandu jgħid il-verità kollha dwar id-deċiżjonijiet li qegħdin jittieħdu.