In-niċeċ taż-Żejtun isibu posthom fuq il-bolol

Il-Grupp Filateliku taż-Żejtun ippubblika it-tieni sett ta’ bolol dwar il-wirt reliġjuż fit-toroq taż-Żejtun b’mod partikulari n-niċeċ li jsebbħu l-lokalità.

In-niċeċ li jinsabu f’dan is-sett huma tal-Madonna tal-Karmnu ta’ Triq Lorenzo Gafà, Bir id-Deheb, ta’ Triq Sant’ Agata, Fuq Ta’ Tona, Bisqallin, ta’ Misraħ il-Bandolier, Bisqallin ta’ Triq San Duminku Nru. 2, Ħal Bisbut u tat-Triq Luqa Briffa, il-Ħerba.

L-istqarrija tispjega li b’hekk is-sensiela Niċeċ iż-Żejtun se jkollha 25 bolla u kartolina postali li juru x-xbihat fiż-Żejtun.

Għal aktar tagħrif dwar dawn il-bolol ikkuntattjaw hawnhekk: chircop.sean@gmail.com jew numri tat-telefown 21 663 866 jew 99 203 815.