​In-Netwerk għas-Soċjetà Ċivili kontra l-iżvilupp tal-Halland

In-Netwerk għas-Soċjetà Ċivili qed toġġezzjona għall-iżvilupp tal-Halland f’Wied il-Għomor għax fi kliemha dan mhuwiex konformi mal-Pjan Lokali tat-Tramuntana.
Kompliet tgħid li l-proposta għal dan l-iżvilupp hija ta’ tmien sulari mil-livell tat-triq, u għaxar sulari mill-wied, u dan mhuwiex skont ir-regoli tal-widien ta’ importanza ekoloġika.
L-għaqda sostniet li biċċa mill-art hija ODŻ u għalhekk din l-applikazzjoni għandha tiġi rifjutata mill-Awtorità tal-Ippjanar.
Front Ħarsien ODZ
Fi stqarrija, il-Front Ħarsien ODZ qal li mhuwiex kontra li jerġa’ jiġi żvilluppat is-sit kif inhu bħalissa, imma qal li jinsab konċernat dwar l-istruttura l-ġdida. Qal ukoll li jinsab imħasseb dwar l-impatt viżwali li l-bini l-ġdid se jkollu fuq il-wied.