In-neputi ta’ Elvis Presley jinstab mejjet

Iben Lisa Marie Presley kellu 27 sena

Benjamin Keough, iben Lisa Marie Presley, bint il-famuż Elvis Presley, instab mejjet. 

Ir-raġel ta’ 27 sena nstab nhar il-Ħadd, f’Calabasas fl-istat ta’ Kalifornja fejn hu maħsub li wettaq suwiċidju, skont rapport tal-awtoritajiet lil TMZ.

Ir-rappreżentant qal li ma kellux dettalji oħra dwar iċ-ċirkostanzi tal-mewt ta’ Keough, inkluż id-data ta’ meta miet.

Presley tinsab “tassew ixxukkjata, imkissra u mifnija b’din l-aħbar,” qal Widynowski f’dikjarazzjoni, “imma hi qed tipprova żżomm sod minħabba t-tewmin tagħha li għandhom 11-il sena, u minħabba bintha Riley.” “Hi kienet tadurah lil binha. Kien il-mimmi ta’ għajnejha,” temm jgħid Widynowski.

Missier Keough kien il-mużiċist Danny Keough.

Keough kien tassew jixbaħ lil nannuh li kien kantant u attur. Priscilla Presley kienet nanntu min-naħa ta’ ommu.