In-Nepal milqut minn valanga li tħalli l-vittmi

In-Nepal ikompli jintlaqat minn iktar diżastri naturali.
Wara t-terremoti ta’ ftit ġimgħat ilu li ħallew 8,000 ruħ mejta u mat-8 miljun ruħ affettwati, issa kien imiss valanga ta’ tajn li ħasdet il-ħajja ta’ mill-inqas 30 ruħ oħra.
Il-valanga affettwat numru ta’ rħula fin-naħa tal-Majjistral tal-pajjiż, wara xita qawwija fl-aħħar jiem, waqt li kaxkret diversi persuni li n-numru għad irid jiġi stabbilit.