Read in English.
Il-Kamra tal-Kummerċ Maltija qalet li qed tħeġġeġ lin-negozji biex jippreparaw għal Brexit bla ftehim (Brexit No-Deal). Waqt konferenza tal-aħbarijiet, il-Kamra appellat lin-negozji biex jikkuntattjaw lill-Kamra għal aktar informazzjoni u għajnuna.
Il-President tal-Kamra il-Perit David Xuereb fakkar li fadal biss 50 ġurnata għat-tmiem tal-perjodu ta’ transizzjoni tal-Brexit u għalhekk in-negozji kellhom bżonn jiżguraw li jkollhom kollox f’postu biex jaċċertaw kontinwazzjoni għan-negozju tagħhom minn Jannar ‘il quddiem.
Waqt il-konferenza li kienet organizzata mal-Gvern, ġiet imnedija kampanja ta’ informazzjoni biex tgħin lin-negozji jitħejjew għal Brexit li probabbilment ikun mingħajr ftehim.
Il-Gvern iniedi pjan ta’ azzjoni għal Brexit
Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin Evarist Bartolo u s-Segretarjat Parlamentari għall-fondi tal-UE Stefan Zrinzo Azzopardi nedew pjan ta’ azzjoni tal-Gvern ta’ Malta bi tħejjija għal Brexit.
Il-pjan ta’ azzjoni jittratta l-aktar oqsma importanti fosthom dak tat-trasport, l-ivvjaġġar u l-konnettività mar-Renju Unit. Jirreferi wkoll għad-drittijiet taċ-ċittadini, kemm dawk Maltin li jgħixu fir-Renju Unit u anke taċ-ċittadini Brittaniċi li jgħixu f’Malta.
Fuq il-kummerċ, id-dokument jagħti tagħrif dwar l-impatt tar-regoli għall-importazzjoni u għall-esportazzjoni ta’ prodotti u ta’ servizzi, l-impatt fuq il-kwalifiċi professjonali tal-impjegati u anke tal-proċeduri u tat-tariffi ġodda li se japplikaw mill-1 ta’ Jannar, 2021 ’il quddiem.
F’dan il-kuntest, il-pjan ta’ azzjoni jispjega fid-dettall l-assistenza li l-gvern qed joffri permezz tal-entitajiet tiegħu, bħal pereżempju l-assistenza professjonali provduta mill-Malta Enterprise lill-kumpaniji biex jimmitigaw l-impatt ta’ Brexit fuq l-intrapriżi tagħhom.
Prepared’ u jaċċessa l-website www.brexit.gov.mt. Qed tiġi provduta wkoll assistenza diretta liċ-ċittadini u lin-negozji kemm permezz tal-Brexit helpline fuq il-linja 153 u kif ukoll permezz tal-posta elettronika fuq l-indirizz brexit@gov.mt fejn qed jiġu mwieġba mistoqsijiet individwali jew aktar speċifiċi.