In-negozji bħalissa sejrin agħar minn meta kienu magħluqin – Kamra tal-SMEs

Miguela Xuereb

Read in English.

Il-Kamra tan-Negozji Żgħar u Medji qalet li n-negozji bħalissa sejrin agħar minn meta kienu magħluqin ġimgħat ilu.

Fi stqarrija l-Kamra qalet li għaddew ix-xhur minn meta l-pandemija waqqfet l-ekonomija u li l-affarijiet għadhom ma qalbux għall-aħjar.

Spjegat li n-negozji qegħdin f’sitwazzjoni agħar milli kienu qabel. Dan għaliex in-negozju miexi bil-mod jew huwa ineżistenti filwaqt li l-ispejjeż komplew jiżdiedu.

Il-Kamra qalet li l-UE qed tagħti permess lill-istati membri jgħinu lin-negozji kif jistgħu. L-UE qed tipprovdi wkoll grants. Madanakollu, il-Kamra qalet li ma semgħet xejn dwar jekk dawn il-fondi humiex jintużaw biex jgħinu lin-negozji.

Il-Kamra saħqet li l-għajnuna li qed tingħta bħalissa mhix biżżejjed. Saħqet li ilha ġimgħat tistenna lill-Gvern iniedi xi tip ta’ skema dwar il-kirjiet kummerċjali. Dan bil-kontra ta’ kif sar f’pajjiżi oħra Ewropej.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn