In-negozjati ikkawżaw dewmien fix-xogħol tal-powerstation – Konrad Mizzi

Il-Ministru għall-Enerġija Konrad Mizzi ikkonferma li l-powerstation bil-gass mhix se tkun lesta sal-aħħar ta’ Marzu.
Rapporti fil-media sostnew li l-Ministru għall-Enerġija qal li n-negozjati bejn l-EneMalta u Shangai Electric Power kienu reġgħu infetħu bil-konsegwenza li l-powerstation tal-gass mhux se tkun lesta sal-aħħar ta’ Marzu li ġej.
Hu mifhum li l-indikazzjoni ta’ meta l-powerstation il-ġdida se titlesta mistennija tingħata x-xahar id-dieħel.
Il-Ministru Konrad Mizzi ikkonferma li l-kontijiet għan-negozji xorta waħda se jorħsu kif imwiegħed.
Kien il-Prim Ministru Joseph Muscat li żvela dan nhar il-Ġimgħa meta kien qed iwieġeb għall-mistoqsijiet tal-ġurnalisti.
Waqt l-attivitajiet tal-kampanja elettorali qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali, il-Prim Ministru Joseph Muscat kien anke qal li jirriżenja ladarba l-Gvern immexxi minnu jfalli fil-pjan tal-enerġija.