In-nefqa fuq il-vizzji żdiedet b’16% fil-pandemija – Falzon

Il-Ministru għas-Sigurtà Soċjali Michael Falzon qal li skont stħarriġ li sar minn erba’ aġenziji li jaħdmu fil-qasam tad-droga, jidher li waqt il-pandemija, 6% biss tal-persuni li kienu fuq xi programm ta’ riabilitazzjoni reġgħu waqgħu għad-droga, waqt li n-nefqa fuq il-vizzji żdiedet b’16%. 

Madwar 11% oħra kellhom reġgħu waqgħu għall-vizzju parzjalment.

Waqt il-ħin tal-mistoqsijiet fil-Parlament, il-Ministru Falzon qal li l-provvista tad-droga tul il-pandemija ma naqsitx waqt li d-droga nbiegħet kollha.

Huwa qal li ta’ kuljum madwar 600 persuna jingħataw il-metadone fid-detox biex joħorġu mid-dipendenza tad-droga.