In-nefqa fil-qasam soċjali tiżdied b’50% – Joseph Muscat

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li minkejja li naqas in-numru ta’ persuni qiegħda, persuni fil-faqar u ta’ persuni dipendenti fuq benefiċċji soċjali, in-nefqa fil-qasam soċjali xorta żdiedet b’50%. Hu qal li l-mira soċjali ewlenija tal-Gvern hija li l-ebda tifel jew tifla li jgħixu ma’ ġenitur li jaħdem, ma tgħix fil-faqar.

Hu tkellem ukoll dwar il-housing soċjali fejn qal li għall-ewwel darba l-pajjiż se jkollu strateġija ċara b’miżuri li ma jħarsux lejn sitwazzjoni tal-prezzijiet preżenti biss imma lejn iċ-ċikli kollha tal-ekonomija. Muscat tenna li l-ħsieb jibqa’ dak li l-housing soċjali jkun hemm għal min verament ma jiflaħx imma li fuqu ma jkunx hemm titlu ġenerazzjonali.