​In-Nazzjonijiet Maqgħuda tkompli tiddiskuti t-tibdil fil-klima

Il-Ministru għall-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima Leo Brincat qed jieħu sehem f’avveniment dwar it-Tibdil fil-Klima li qed isir fil-Kwartieri Ġenerali tan-Nazzjonijiet Maqgħuda fi New York.
Din l-attività hi maħsuba biex timmobilizza fuq livell politiku il-mitigazzjoni u t-twettiq ta’ miżuri dwar il-klima.
Id-diskors tal-ftuħ sar mill-President tal-Assemblea Ġenerali u mis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Maqgħuda.
Il-liġi Maltija dwar l-Azzjoni dwar il-Klima mistennija titressaq għat-Tielet Qari fil-futur qrib, wara li ġiet approvata b’mod unanimu fl-istadju ta’ kumitat.