In-Nazzjonijiet Magħquda twiddeb lill-Iżrael

L-Iżrael laqqat tbeżbiża mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Magħquda wara li ħarġu l-pjanijiet tal-Gvern ta’ Netanyahu li jibni 1,000 appartament f’żona Għarbija fin-naħa tal-Lvant ta’ Ġerusalemm.
In-Nazzjonijiet Magħquda bagħtet mill-ewwel għall-Iżrael u widdbitu li jekk jibqa’ għaddej bil-pjanijiet tiegħu qed juri dubji serji dwar l-intenzjonijiet tiegħu ta’ paċi mal-poplu Palestinjan.
Anke l-Istati Uniti, li hi l-ikbar alleat tal-Iżrael, uriet it-tħassib tagħha għall-pjan tal-Gvern ta’ Netanyahu.
L-Iżrael qed jakkuża lil min jikkritikah, b’ipokresija. Qed jisħaq li Ġerusalemm hi l-kapitali tal-istat tiegħu u ħadd m’għandu għalfejn jikkritika żvilupp għall-Iżraeljani fil-belt kapitali. Dan, meta skont l-istat Lhudi, ħadd ma jitkellem meta l-Lhud jinqatlu għaliex jgħixu fil-belt tagħhom.