In-Nazzjonijiet Magħquda trid waqfien mill-ġlied f’Gaza

Il-Kunsill tan-Nazzjonijiet Magħquda talab għall-waqfien mill-ġlied fil-medda ta’ Gaza bejn l-Iżrael u l-Palestina.
Kmieni dalgħodu attakki mill-ajru laqtu l-kwartieri u għasses tal-Pulizija f’dak li qed jiġi deskritt bħala l-agħar attakk sa minn meta kompla l-ġlied fit-8 ta’ Lulju.
Attakki oħra aktar qabel ħallew 17-il membru mill-istess familja mejta.
Hu rrappurtat li mill-inqas 159 Palestinjan inqatlu u aktar minn elf oħra indarbu f’dawn l-aħħar sittijiem.
L-Iżrael qal li lbieraħ ġew sparati aktar minn 90 missila minn Gaza filwaqt li militanti tal-Ħamas sparaw armi fid-direzzjoni ta’ Tel Aviv.