In-Nazzjonijiet Magħquda tniedi kampanja ta’ għajnuna umanitarja fl-Iraq

L-Aġenzija tan-Nazzjonijet Magħquda għar-refuġjati nediet operazzjoni ta’ għajnuna biex tgħin aktar min-nofs miljun persuna li kellhom jitilqu minn djarhom fit-Tramuntana tal-Iraq.
Fl-aħħar ħmistax, il-programm tan-Nazzjonijiet Magħquda għall-ikel madwar id-dinja, bagħat aktar minn miljun ikla fl-Iraq.
L-għajnuna se tkun qed tasal b’mezzi ta’ trasport tal-arju, l-art u anke l-baħar mit-Turkija, il-Ġordan u anke l-Iran.
Fost il-pakkeġġi ta’ għajnuna, in-Nazzjonjiet Magħquda se tibgħat tined u affarijiet oħra biex ittaffi ftit mill-kriżi umanitarja li aktar ma jgħaddi żmien aktar qed tiżdied.
Din l-għajnuna ġiet wara li l-pajjiżi tal-Punent qed jissaportjaw lill-Gvern tal-Iraq u l-Forzi militari fil-ġlieda kontra l-militanti Iżlamiċi.
Ilbieraħ, id-diga ta’ Mosul, fit-Tramuntana tal-Iraq, intrebħet lura mill-Forzi Kurdi. Dan qed ikun meqjus bħala pass importanti kontra l-militanti tal-IS.