In-Nazzjonijiet Magħquda tħeġġeġ sospensjoni tal-attakki fuq l-ISIS f’Raqqa

In-Nazzjonijiet Magħquda ħeġġet lill-forzi fil-koalizzjoni mmexxija mill-Istati Uniti biex jissospendu fuq r-raqqa li dak li sejjaħ lilu nnifsu l-Istat Iżlamiku ddikjaraha bħala l-belt kapitali tiegħu.
L-għan ta’ dan il-waqfien mill-attakki huwa li n-nies ċivili jkollhom ċans joħorġu mill-belt.
Skont il-koalizzjoni, 25,000 persuna jinsabu maqbuda f’din il-belt li l-ġimgħa li għaddiet kienet milquta minn 250 attakk mill-ajru.
Amnesty International tikkalkula li kemm ilhom li bdew l-attakki, minn Ġunju, mijiet ta’ nies ċivili nqatlu.
L-Istat Iżlamiku kemm-il darba ġie akkużat li qed juża nies innoċenti bħala “tarka umana.”
Apparti l-attakki mill-ajru, il-Forzi Demokratiċi Sirjani (SDF) qed jattakkaw lill-militanti minn fuq l-art u s’issa jidher li ħadu f’idhom aktar min-nofs il-belt.