
Read in English.
Il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Magħquda approva riżoluzzjoni dwar il-Libja. Permezz ta’ din ir-riżoluzzjoni, il-membri tal-Kunsill tas-Sigurtà esprimew it-tħassib tagħhom għall-mod kif il-kunflitt fil-Libja qiegħed jiġi sfruttat mill-gruppi terroristiċi u vjolenti.
Ir-riżoluzzjoni ssejjaħ ukoll biex ikun hemm impenn mill-partijiet kollha għall-waqfien mill-ġlied. Sadanittant il-forzi li jappoġġjaw lil Haftar iddikjaraw li mhux se jippermettu li jsiru titjiriet minn ajruplani tan-Nazzjonijiet Magħquda minn Tripli.
In-Nazzjonijiet Magħquda wissiet li din l-azzoni tista twassal biex ittellef it-twassil ta’ għajnuna umanitarja meħtieġa.
Fi stqarrija, il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin appoġġja din ir-riżoluzzjoni, u qal li dan hu pass fid-direzzjoni t-tajba.