In-NATO se tagħti risposta lis-Sirja

Il-Viċi Ministru tal-Affarijiet Barranin Sirjan sostna li r-Renju Unit u Franza taw l-għajnuna lit-terroristi biex kienu huma li użaw l-armi kimiċi fis-Sirja.

Huwa saħaq li jekk tibqa’ tingħata l-għajnuna lil dawn it-terroristi se jispiċċaw jużaw dawn l-armi kimiċi fuq l-Ewropa wkoll.

Fl-istennija ta’ attakk imminenti fuq is-Sirja, is-Segretarju Ġenerali tan-NATO saħaq li huwa inaċċettabbli li jintużaw armi kimiċi fuq nies ċivili u sostna li att kodard bħal dan ma jistax jibqa’ mingħajr risposta.