In-NASA bl-ewwel ajruplan elettriku

NASA

Read in English.

In-NASA, magħrufa l-aktar għall-rockets li tellgħet fl-ispazju, fetħet il-laboratorju tagħha f’Kalifornja biex turi lid-dinja l-ewwel ajruplan li jaħdem kompletament bl-elettriku.

Dan l-ajruplan għadu fi stadju tal-esperimentazzjoni u jismu Maxwell X-57.

In-NASA ilha taħdem fuq dan il-prototip sa mill-2015 u jidher li għad fadallu sena oħra sakemm jagħmel l-ewwel titjira.

L-ajruplan se jkollu 14-il mutur elettriku iżda sa issa, n-NASA waħħlet l-ewwel u l-akbar żewġ magni fit-truf tal-ġwienaħ tal-ajruplan.

Minħabba l-limitazzjoni tal-batteriji, dan l-ajruplan huwa maħsub li jintuża għal distanzi qosra, bħala taxi tal-ajru għal ftit nies.