In-NASA b’missjoni biex tistudja l-qamar

In-NASA sparat fl-ispazju Rokit mingħajr ekwipaġġ sabiex jistudja l-atmosfera u l-ambjent tal-qamar.

Ir-rokit kbir disgħin pid, mistenni li jasal fuq il-qamar fis-6 ta’ Ottubru li ġej.

Kelliem għan-NASA qal li wara dan l-istudju, xjentisti se jsiru jafu ħafna aktar informazzjoni dwar il-karrateristiċi tal-qamar, speċjalment dawk viċin tal-wiċċ u se jkunu jistgħu jifhmu iżjed affarijiet li s’issa għadhom mhux magħrufa.

Id-distanza tad-dinja mill-qamar hija ta’ madwar il-223,700 mil u l-251,700. Dan jiddependi mill-pożizzjoni tal-qamar.