In-narċissiżmu hu vajrus spiritwali

POPE AUDIENCE ACADEMY LIFE
Il-Papa Franġisku

Read in English.

Wara l-indifferenza lejn il-ħajja umana, hemm marda li tittieħed li tagħlaq għajnejn in-nies għall-isfidi u t-tbatija tal-oħrajn. Bħall-figura mitika ta’ Narċissu, li kien iffissat fih innifsu, in-nies qed jirriskjaw li jkunu infettati minn dan il-vajrus spiritwali li jittieħed, li jwassalhom biex jibdew jaraw lilhom infushom biss.

Dan qalu l-Papa Franġisku meta indirizza l-Akkademja Pontifiċja għall-Ħajja aktar kmieni din il-ġimgħa.  Hu qal li l-ħażen jipprova jipperswadina li bil-mewt jispiċċa kollox, li aħna ġejna fid-dinja b’kumbinazzjoni u se nispiċċaw fix-xejn. Meta neskludu lill-oħrajn minn ħajjitna, ningħalqu fina nfusna u nsiru oġġett li jkun ikkunsmat, qal il-Papa.

Kwalità ta’ ġrajja etika u spiritwali fil-fażijiet kollha tagħha jridu jispiraw l-imġiba tal-Knisja lejn l-ekoloġija umana. Il-ħajja mill-konċepiment, it-tfulija, l-adoloxxenza, l-anzjanità kif ukoll f’dawk il-mumenti meta l-bniedem iħossu fraġli, ikun marid, offiż, demoralizzat, emarġinat jew imwarrab, hi dejjem ħajja umana, sostna l-Papa Franġisku.